Humility – Wellspring of Virtue (L-Umiltà – Għajn ta’ Virtù) huwa ktieb qasir dwar it-tfittxija profonda dwar il-virtù tal-umiltà. Miktub minn Dietrich Von Hildebrand, filosofu Kattoliku Ġermaniż, deskritt mill-Papa Ġwanni Pawlu II bħala wieħed mill-akbar ħassieba etiċi.
Hildebrand jirrifletti fuq l-umiltà bħala l-pedament tal-virtujiet kollha, filwaqt li jenfasizza l-importanza tagħha għall-iżvilupp spiritwali u morali tal-persuna. L-umiltà vera, skont Hildebrand, b’kuntrast ma’ umiltà falza u kburija, hija rikonoxximent awtentiku tal-limitazzjonijiet tal-persuna u d-dipendenza sħiħa ta’ kull bniedem fuq Alla. Jargumenta li mingħajr umiltà, virtujiet bħall-karità u l-paċenzja ma jistgħux jidhru bis-sħiħ fil-bniedem.
Il-ktieb jisfida kunċetti żbaljati moderni billi jippreżenta l-umiltà bħala sors ta’ saħħa aktar milli dgħufija. Il-ħsibijiet ċari ta’ Hildebrand jagħmel it-test aċċessibbli għall-qarrejja li jixtiequ jirriflettu fuq is-suġġett. Filwaqt li xi wħud jistgħu jsibu l-profondità filosofika ta’ dan il-ktieb ftit diffiċli, dan ix-xogħol joffri ħsieb profond dwar il-kundizzjoni umana u t-triq li twassal lejn l-għixien tal-virtù b’mod ġenwin. Xogħol imfaħħar ħafna mill-akkademiċi u r-reliġjużi, li jkompli jinfluwenza b’mod pożittiv lil dawk li qed ifittxu li jikkultivaw l-umiltà fil-ħajja tagħhom. B’mod ġenerali, il-ktieb huwa qari siewi għal dawk interessati li jikbru spiritwalment u jispira għall-ħajja igwidata mill-verità u l-umlità.