Wara il-pubblikazzjoni I Am (Jien), ktieb għat-tfal ippubblikat minn Lara Fenech, issa għandna l-ktieb When I Grow Up: Heidi’s Show and Tell (Meta Nikber). Din l-istorja tirrakkonta b’mod poetiku l-għodwa eċitanti ta’ għalliema, Hannah, li tistieden lill-istudenti żgħażagħ tagħha biex jaqsmu l-ħolm tagħhom għall-futur. Fost il-festa ta’ kuluri, kostumi u karrieri, Heidi, waħda mill-istudenti tagħha, tixtieq taqsam il-ħolma li hija żammet fil-moħbi ma’ sħabha.
Il-kunċett ta’ ‘show and tell’ irawwem ħiliet ta’ taħdit fil-pubbliku fit-tfal biex iħossuhom aktar komdi jitkellmu quddiem sħabhom, billi jużaw kliem deskrittiv u sentenzi sħaħ. Permezz ta’ din il-pubblikazzjoni Lara tkompli tilħaq liż-żgħar billi taqsam magħhom l-imħabba, il-paċi u s-serħan il-moħħ li joffrilna Ġesù f’dinja ta’ sfida emozzjonali.
Dan il-ktieb jinsab għall-bejgħ minn Librerija Preca.