Dan l-istudju ta’ Rev. Carl-Mario Sultana jiddiskuti l-inizjattivi ta’ San Ġorġ Preca fejn tidħol il-katekeżi f’Malta. Minkejja l-isfidi li dan l-appostolat iġib miegħu, Preca jibda proġett bis-sehem tal-lajċi, li kienet xi inizjattiva kuraġġuża qabel il-Konċilju Vatikan II. Minkejja l-ostakli, Preca jpoġġi l-lajċi fuq quddiem nett, pożizzjoni li addotta l-Konċilju snin wara. L-istudju għandu l-għan li juri kif Preca kien pijunier fil-promozzjoni tal-appostolat tal-lajċi fil-knisja, kif ukoll jesplora kif b’dan l-appostolat il-lajċi jingħataw missjoni qawwija fil-knisja. L-approċċ tal-Preca, immarkat b’ubbidjenza għall-ġerarkija u msaħħaħ fil-formazzjoni, kellu impatt qawwi fuq l-appostolat tiegħu.
DOI: http://dx.do.org/10.18290/rt.2017.64.11-7