Nhar is-Sibt 17 t’Awwissu 2024, il-Qasam ta’ St Albans (Melbourne) organizza ġurnata mal-patrijiet Redentoristi fejn l-adoloxxenti tal-Qasam ippakkjaw u qassmu ikel lill-persuni bla dar fil-belt ta’ Melbourne.
In-numru ta’ nies bla dar ta’ kull età fi żminijietna qed jiżdied u b’hekk kienet opportunità biex il-grupp jgħin lin-nies emarġinati u minsijin li jgħixu fit-triq. Il-grupp ippakkja madwar 30 borża tal-ikel li kienu jikkonsistu fi frott, ħobż, xorb u snacks. Nittamaw li dan iservi ta’ għajnuna għal ftit iljieli lil dawn in-nies li jorqdu fil-kesħa tat-triq.
Wara, l- adoloxxenti qasmu l-esperjenzi tagħhom flimkien.
“U kull min jagħti mqar tazza ilma frisk lil xi ħadd minn dawn l-iżgħar għax hu dixxiplu, tassew ngħidilkom li ma jitlifx il-ħlas tiegħu” (Mt 10, 42).