Is-Sibt 31 t’Awwissu, il-Membri tal-Qasam ta’ Sagua la Grande (Kuba), organizzaw laqgħa għall-katekisti tad-djoċeżi ta’ Santa Clara li jippreparaw adulti, żgħażagħ u adolexxenti għas-Sagramenti ta’ Inizzjazzjoni. F’din il-laqgħa l-katekisti ingħataw kotba ġodda li ġew ppreparati fuq talba tal-Isqof mil-Membri tal-Museum u li minn din is-sena se jintużaw fid-djoċeżijiet kollha ta’ Kuba. Ingħataw ukoll gwida biex tgħinhom jifhmu l-importanza tal-katekeżi tal-adulti, il-karatteristiċi ta’ katekist tajjeb u l-metodoloġija li għandha tintuża. Għall-grazzja t’Alla, din kienet esperjenza sabiħa ħafna li kompliet tħeġġeġ lill-katekisti biex ikomplu jaqdu lill-Knisja fil-ministeru tal-katekeżi.