Fis-7 ta’ Lulju 2024 saret ċelebrazzjoni speċjali fil-parroċċa ta’ San Luqa f’Poznań. Fiha ingħatat tislima lil Dun Krzystof Wróbel li wara ħmistax-il sena se jimxi għall-parroċċa oħra fid-djoċesi. Is-Soċjetà tħossha obbligata ħafna lejn Dun Wróbel li kien l-istess kappillan li għen lis-Soċjetà tibda l-missjoni tagħha f’Poznań fl-2010. L-appoġġ kontinwu tiegħu, kemm fil-ħidma tagħna maż-żgħażagħ kif ukoll għall-akkomodazzjoni tal-membri fil-binja tal-parroċċa, huwa apprezzat ħafna. Għal din l-okkażjoni saret quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-knisja parrokkjali b’riċeviment għall-parruċċani kollha. Il-Membri u l-Kandidati tas-Soċjetà ippreżentaw kartolina kommemorattiva flimkien ma’ ittra uffiċjali ta’ apprezzament mid-Dar Ġenerali tas-Soċjetà. Fil-messaġġ tiegħu, Dun Wróbel, filwaqt li rringrazzja lis-Soċjetà, irrikonoxxa l-fatt li minn meta sar kappillan, dejjem jiftakar lis-Soċjetà preżenti u attiva fil-parroċċa. Jalla l-Mulej ikompli jbierek lil Dun Wróbe bis-saħħa u l-perseveranza hekk kif issa se jibda missjoni l-ġdida f’parroċċa oħra!