ta’ Jean-Pierre Lintanf, Patri Dumnikan
Missier qaddis,
li kull kull ħajja hi minnek,
li kull ħlewwa hi minnek,
nixtieq inkantalek ir-radd tal-ħajr tiegħi.
Kull grazzja tiġi minnek.
Kull rigal hu minnek.
Ibnek. Il-Kelma tiegħek.
Kien in-nifs tiegħek li ta lsien ta’ nar
lill-ewwel xhieda li wasslu l-kelma tiegħek.
Irrid inkantalek ir-radd tal-ħajr tiegħi
għax il-kelma tiegħi
hi fl-istess ħin il-kelma tiegħek.
Ħadd ħliefek ma jista’ jitkellem dwarek.
Huwa minnek, miegħek u għalik
li jien inxandar
bejn erba’ ħitan u minn fuq il-bjut
dak li kuljum jgħaġġibni fik.
Nirringrazzjak għal tant widnejn
li tħalli jisimgħuni u
għal tant qlub li jkunu lesti
għall-kelma li jiena nwassal.
Nirringrazzjak għall-eku
li jinħoloq bil-kelma tiegħi
kif ukoll għas-silenzju
li ġieli kien tweġiba li ħallietni mdejjaq.
Nitolbok taħfirli.
Fuħħar fraġli
li jżomm fih it-teżor tal-kelma tiegħek.
Għax ġieli ma mxejtx mal-kelma tiegħek
u ħafna drabi bżajt mill-kelma tiegħek.
Wara kollox, min jien u x’jien
biex għandi ħila nitkellem dwarek?
Għalhekk nitolbok żewġ ħwejjeġ:
li tfakkarni li dak li hu l-iżjed importanti għalija
mhux bilfors li hu mportanti wkoll għalik;
u li l-kelma tiegħi ikollha dejjem
il-ħlewwa tal-kelma tiegħek.