Mingħajr l-Ispirtu Santu ebda ħaġa li teżisti, viżibbli jew inviżibbli, ma setgħet tiġi maħluqa: għaliex f’kull kreazzjoni ossija f’kull operazzjoni esterna ta’ Alla neċesarjament jenħtieġ li jikkonkorru it-tliet persuni divini: Alla l-Missier jaħlaq permezz tal-kelma bl-Ispirtu Santu.
Mingħajr l-Ispirtu Santu ebda kreatura raġonevoli ma tista’ tigglorifika ’l Alla u tagħmel merti għaliha innifisha.
Mingħajr l-Ispirtu Santu ħadd ma j ista’ jemmen, u la jittama, u la jħobb u lanqas jindem.
Mingħajr l-Ispirtu Santu ħadd ma jista’ jagħraf l-inganni kollha min-naħa tan-natura, min-naħa tad-dinja u min-naħa ta‘ Satana.
Mingħajr l-Ispirtu Santu ħadd ma jista’ jindokra u josserva l-liġi divina u wisq iżjed ma jista’ jagħraf l-ispirtu ta’ Alla.
Mingħajr l-Ispirtu Santu l-kretaura raġjonevoli hija fl-istat tad-diżgrazzja ta’ Alla.
Fl-aħħarnett jikteb San Pawl fl-ittra lil Korinti, illi “ħadd ma jista’ jgħid: “Ġesù hu l-Mulej” jekk mhux imqanqal mill-Ispirtu s-Santu” (12:3).
Ladarba l-bnIedem għandu hekk bżonn tal-Ispirtu Santu, jinvokah spiss: jinvokah għall-għajnuna waqt it-tentazzjoni, jinvokah għad-dawl fl-eżami tal-kuxjenza, jinvokah qabel is-smigħ tal-Kelma ta’ Alla, jinvokah fl-istat tat-tribulazzjoni, jinvokah qabel il-meditazzjoni, jinvokah qabel ma jitkellem, jinvokah fil-mard, jinvokah fil-waqt tad-dubju jew fil–ħwejjeġ oskuri, jinvokah fil-waqt tal-biża’, jinvokah f’waqt it-taħbit, jinvokah waqt id-deżolazzjoni, jinvokah għall-istat tal-vokazzjoni, jinvokah għad-direzzjoni fil-ħajja spiritwali, jinvokah għall-maħfra u għas-sjufija tad-dnubiet, jinvokah fil-kuntrarju, jinvokah fil-waqt tal-inkwetitudni, u l-Ispirtu Santu jagħtih widen l-ewwelnett għax huwa ifittex il-glorja tiegħu, fit-tieni lok għax Ġesù Kristu mmeritalna l-grazzja tiegħu u fl-aħħarnett għax min jumilja ruħu u min jikkonfida f’Alla m’għandux għax jistenna konfużjoni. Meta Alla nnifsu jgħidilna sabiex ninvokawh, min hu li ma jarax li huwa irid jagħtina? Veni, Sancte Spiritus!