Alla, o Missier ta’ l-imbierek Ġesù Kristu,
fuq l-eżortazzjoni ta’ dan l-istess Iben tiegħek,
aħna nitolbuk li tibgħat ħaddiema fid-dinja biex jgħallmu n-nies li qegħdin fl-injoranza tal-Fidi,
u b’hekk dawn l-imsejknin jaslu biex jagħrfu lilek Alla wieħed veru,
u l-istess Ġesù Kristu li inti bgħatt fid-dinja Salvatur tagħha.
Aħna nafu li inti trid li l-bnedmin kollha jsalvaw
u nafu wkoll li mingħajr il-grazzja tiegħek xejn ma jista’ wieħed jagħmel:
għalhekk bil-fiduċja nsejħu fuqna l-Isem qaddis tiegħek.
Ħaġa waħda biss hija nesesarja għalina bnedmin,
u din hija li nsalvaw ruħna, u tassew insalvawha jekk nidhru fl-għajnejn tiegħek oġġetti tal-ħniena tiegħek.
Aħna nitfarrġu meta nafu li hija proprjetà tiegħek li tħenn dejjem u li taħfer:
u għalhekk fl-idejn tiegħek nerħu l-ispirtu tagħna.
Kull unur u kull glorja dejjem għalik waħdek, o Omnipotenti. Amen.