fidi waħda: magħqudin mal-Papa dejjem; spirtu wieħed: manswetudni u umiltà; qalb waħda: għajnuna lejn xulxin
Dawk li jagħrfu li huma msejħa biex jgħixu l-vokazzjoni museumina f’dawn id-dimensjonijiet tagħha jitolbu biex jinkorporaw fis-Soċjetà. Għalhekk kull Soċju jħoss li hu msieħeb f’għaqda ma’ aħwa li rċevew l-istess nebħa, u li qed jaqsmu l-istess esperjenza ta’ l-istess sejħa u qegħdin jgħixu l-istess kariżma. Din l-għaqda mhix mibnija fuq konvivenza komunitarja, iżda ġejja minn “fini wieħed – Ġesù Kristu, li għandu jiġi maħbub u magħruf; fidi waħda – magħqudin mal-Papa dejjem; spirtu wieħed – manswetudni u umiltà; u qalb waħda – għajnuna lejn xulxin.”
Is-sens ta’ għaqda jitkattar aktar ma’ kull Soċju jġedded kuljum l-iva ta’ l-Inkorporazzjoni tiegħu billi jintrabat aktar mas-Soċjetà, billi jħobb dak kollu li hu tagħha, jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet u t-talb komuni, speċjalment dak ta’ kuljum bl-Arloġġ Museumin, u billi jaqsam fl-appostolat tal-Qasam u tas-Soċjetà. Għalkemm is-Soċji normalment ma jgħixux f’komunità, il-ħajja affettiva tagħhom xorta trid tkun sostnuta minn relazzjonijiet sani u minn ħbiberiji marbuta “bir-rabta ta’ l-imħabba li ġabritna ħaġa waħda”. Marija Santissima hija l-mudell ta’ kull Soċju fit-tiġdid ta’ l-Iva ta’ l-Inkorporazzjoni.
Societas Doctrinæ Christianæ M.U.S.E.U.M.
207
Triq San Ġorġ Preca
Marsa MRS 9090
Malta EU