L-attività bit-tema Called to Hope hija organizzata mill-moviment Together for Europe. L-għan huwa li jiltaqgħu flimkien għaqdiet u movimenti nsara kattolici, protestanti u ortodossi, u flimkien jitkellmu, jiddiskutu u jaqsmu flimkien il-kariżmi tagħhom. L-iskop hu li jkun hemm iktar unità bejn l-insara minkejja d-differenzi. Is-Soċjetà qed tipparteċipa f’din l-attività permezz ta’ żewġ Membri, Carmel Farrugia u Steve Galea.
Dan kollu qed isir fil-preżenza tal-Isqof ta’ Graz stess f’Seggauberg, l-Awstrija. L-attivita’ tilħaq il-milja tagħha permezz ta’ mixja ekumenika fi Graz stess.
Jekk inżommu lil Ġesù Kristu fiċ-ċentru u nħalluh jiġbed lil kull nisrani lejh, allura t-tama tal-insara kollha għall-ġejjieni tkun l-unità tal-insara kollha bħala merħla waħda wara Ragħaj wieħed. Din it-tema qed tgħin ukoll bi tħejjija għall-Ġublew tat-Tama 2025 li se jkun iċċelebrat f’Ruma.