Grupp ta’ sitt żgħażagħ ta’ bejn il-15 u s-17-il sena, ġew milqugħa uffiċjalment bħala Magħżulin f’Ċerimonja fil-Qasam ta’ Poznan nhar il-Ħadd 12 ta’ Marzu 2023. Membri, Kandidati u żgħażagħ oħra flimkien ma’ familji u ħbieb tas-Soċjetà tagħna kienu preżenti. Il-Membru Rainer Bezzina għamel id-diskors għall-okkażjoni. Iċ-ċerimonja kienet indirizzata wkoll minn Dun Krzysztoff Wróbel, Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Luqa, filwaqt li lejn l-aħħar, it-tliet Kandidati Marcel, Adam u Antek qraw il-messaġġ tagħhom stess biex jħeġġu lill-Magħżulin l-ġodda biex ma jieqfux, imma jkomplu jimxu ‘l quddiem u jiskopru lilhom infushom. l-vokazzjoni tagħhom, u l-pjan li Alla ħejja għalihom. Fl-aħħarnett wieħed mill-Magħżulin, Igor, spontanjament ingħaqad mal-istess appell f’isem il-grupp.