Quddiesa u mument ta’ riflessjoni dwar it-tama li ġibilna t-twelid ta’ Ġesù Bambin, ġie ogranizzat fl-Awditorju, l-Blata Bajda nhar il-Ħadd, 22 ta’ Diċembru, 2024. Għal din l-attività kienu mistednin persuni li jitkellmu bil-lingwa Ingliża. Waqt l-omelija, Fr Kevin Schembri ħeġġeġ biex kull persuna tkun mezz ta’ ferħ fil-laqgħa tagħha mal-oħrajn, fuq l-eżempju ta’ Marija, li timla’ bil-ferħ lill-Eliżabetta meta marret tħaffef iżżurha. Wara l-quddiesa, kien hemm ħin ta’ riflessjoni u talb fuq it-tama u l-eżempju li jagħtina Ġesù Bambin fuq l-umiltà, meħuda mill-Iskola ta’ Betlem ta’ San Ġorġ Preca. Għal min xtaq, kien hemm ukoll is-servizz tal-Qrar. Wara l-laqgħa tqassam materjal dwar is-Soċjetà u ingħatat qagħqa tal-għasel lil kull min attenda.