Is-Sibt, 28 ta’ Diċembru, 2024, il-Qasam ta’ Poznań organizza dimostrazzjoni bil-Bambin fiċ-ċentru ta’ Poznań. Din id-dimostrazzjoni f’ Poznań, ilha ssir sa mill-2017. Numru ta’ żgħażagħ, ġenituri u adulti oħra mill-parroċċa, imxew tul it-toroq prinċipali tal-belt ta’ Poznań fejn kantaw innijiet tal-Milied u talbu siltiet mill-Iskrittura relatati mat-twelid ta’ Ġesù Bambin. Bosta nies, fosthom tfal u żgħażagħ, waqfu għal ftit mumenti iħarsu lejn il-Bambin. Żgur li din d-dimostrazzjoni kienet ta’ xhieda qawwija għall-imħabba li Ġesù wera li għandu lejn il-bniedem bit-twelid tiegħu fid-dinja. Id-dimostrazzjoni waqfet quddiem il-bażilika minuri ta’ Poznań fejn tqassmu ftit ħelu fi tmiem l-okkażjoni.