Grupp San Ġorġ Preca (Korçë)
28 Frar, 2025
Il-Grupp San Ġorġ Preca f’Korçë li beda jiltaqa’ madwar sentejn ilu, qed jiltaqa’ darba fix-xahar fil-qasam ta’ Korçë. Matul is-sena 2025 qed jiffoka fuq il-virtuijiet nsara. Filwaqt li f’Jannar irrifletta fuq il-virtù tal-fidi, nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Frar 2025, wara introduzzjoni mis-Superjur, il-membru Frans Zahra qasam riflessjoni fuq il-virtù tat-tama. Wara kien hemm ħin soċjali flimkien. Deo gratias!