Fil-Laqgħa Ġenerali tal-Erbgħa 10 t’April 2024, in-Nunzju Appostoliku għal Malta, Mons Savio Hon Tai-Fai, iltaqa’ mal-membri u l-kandidati taż-żewġ sezzjonijiet fl-Awditorju tad-Dar Ċentrali, il-Blata l-Bajda. Fil-bidu tal-laqgħa, inqrat bijografija qasira tan-Nunzju u ntwera feature dwar l-istorja tas-Soċjetà. Wara, in-Nunzju qasam il-messaġġ tiegħu, ispirat mid-Dikjarazzjoni tad-Dekasteru tad-Duttrina tal-Fidi, “Dignitas Infinita”, fuq id-Dinjità Umana, li tnediet reċentement. Hu ħeġġiġna sabiex ma ninsew qatt kemm Alla lilna jħobbna, minkejja li aħna midinbin. Wara qari mill-kitbiet tal-Fundatur u talb, ta messaġġ is-Superjur Ġenerali. Iż-żewġ Superjuri Ġenerali offrew lin-Nunzju rigal ta’ ikona tal-Madonna tal-Verbum Dei, b’relikwa tal-Fundatur magħha. Il-laqgħa ntemmet billi Nunzju mexxa t-talba tat-Trinità Qaddisa bil-Malti, u tkanta l-innu tal-Fundatur.