Irtir ta’ Ġurnata
għall-Kandidati
04 November, 2024
Nhar il-Ħadd, 3 ta’ Novembru, 2024, il-Kandidati tal-ewwel sena attendew irtir ta’ ġurnata fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DĦS, li kien immexxi minn tliet Membri. Tul l-irtir, il-Kandidati rriflettu fuq is-sejħa ta’ Mosè u taż-żagħżugħ għani msemmi fl-Evanġelju. Wara nofsinhar, huma esploraw it-tema tal-imħabba fl-azzjoni permezz ta’ kapitlu 12 tal-ittra ta’ San Pawl lir-Rumani. Barra minn hekk, l-irtir offra opportunità għal ħin għat-talb personali kif ukoll ħin biex il-Kandidati jaqsmu r-riflessjonijiet tagħhom ma’ xulxin. Dan jgħin ħafna biex il-Kandidati jkompli jgħinu lil xulxin fil-vjaġġ tagħhom wara Ġesù.