Fit-13 ta’ Novembru 2024, fl-Awditorju tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, il-Blata Bajda, saret il-laqgħa djoċesana annwali għall-katekisti kollha tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Għal din il-laqgħa attendew numru sabiħ ta’ katekisti. Wara messaġġ introduttorju minn Fr David Torpiano, Mons. George Frendo, O.P., Arċisqof Emeritus ta’ Tirana-Durres (Albanija), għamel riflessjoni dwar it-tema: Nagħtu Raġuni tat-Tama li hemm fina! Frendo enfasizza l-importanza li l-katekisti jkunu sinjali profetiku ta’ tama fid-dinja tal-lum biex jgħinu lil dawk li jiltaqgħu magħhom isibu l-faraġ u l-qawwa f’Ġesù Kristu, l-akbar sinjal ta’ tama għall-umanità kollha. Il-laqgħa intemmet bil-barka għall-katekisti kollha preżenti.