Mons. Anton Teuma, Isqof t’Għawdex, iżur lis-Soċjetà
26 June, 2024
Fis-26 ta’ Ġunju 2024, l-Isqof t’Għawdex, Anton Teuma, indirizza lill-Membri u l-Kandidati ta’ Malta u Għawdex waqt il-laqgħa tal-Erbgħa fl-awditorju, il-Blata l-Bajda. Huwa qasam riflessjoni fuq is-sehem vitali li għandhom il-lajċi impenjati fid-dinja tal-lum biex jitwassal l-Evanġelju. Dan fid-dawl tal-isfidi fil-kultura li jridu jaħdmu fiha.
Fit-tieni parti tal-laqgħa, l-Isqof Teuma wieġeb numru ta’ mistoqsijiet li saru lilu mill-Membri.
Fl-aħħar, is-Superjur Ġenerali ippreżenta xbiha ta’ San Ġwann il-Battista lill-Isqof Teuma u l-laqgħa ntemmet bit-talba u l-barka mill-istess Isqof.