Nhar it-Tlieta, 4 ta’ Marzu, 2025, il-membri tal-qasam ta’ Sagua la Grande, ħadu sehem f’irtir organizzat mid-Djoċesi ta’ Santa Klara għall-aġenti pastorali. Wara l-irtir, tqassmu tliet fuljetti imħejjija mill-istess membri tas-Soċjetà, għat-tfal kollha tad-djoċesi, skont il-kwantità mitluba minn kull kappillan. Wieħed minn dawn huwa ktieb tat-tpinġija li juri l-ħajja pubblika ta’ Ġesù; ieħor fih proġetti u attivitajiet ta’ krafts ffukati fuq figuri Bibliċi ewlenin mit-Testment il-Qadim. It-tielet ktejjeb jikkonsisti f’attivitajiet relatati mat-Testment il-Ġdid. Dawn il-kotba, ippubblikati mill-Konferenza Episkopali ta’ Kuba permezz tal-inizjattiva ta’ Monsinjur Arturo Gonzalez, Isqof ta’ Santa Klara, u bl-appoġġ tal-ACN, tqassmu mal-ħdax-il djoċesi ta’ Kuba. B’kollox tqassmu aktar minn 150,000 kopja.