Dan is-seminar sar bejn it-12 u l-14 ta’ Lulju f’Port Hughes, sagħtejn ’l bogħod minn Adelaide. It-tema prinċipali kienet l-Ispiritwalità ta’ San Ġorġ Preca u t-talba marbuta mat-tema “O Ġesu’ ta’ qalb ħelwa u umli, agħmel il-qalb tiegħi tixbaħ lil tiegħek”. Oliver Aquilina, l-Assistent Superjur Ġenerali, mexxa żewġ sessjonijiet għall-ġenituri u ż-żgħażagħ. Il-Membri mexxew erba’ sessjonijiet oħra bl-istess tema. Is-sagrament tal-Qrar u t-Tqarbin kienu ċċelebrati kuljum. Dan is-seminar għen ħafna biex tikber aktar ir-rabta taż-żgħażagħ mal-komunità. Wara li spiċċa s-seminar, grupp żgħir taʼ żgħażagħ komplew jaqsmu l-esperjenzi taʼ ħajjithom tul il-ġurnata ta’ wara.