Xi tfisser il-missjoni għalina li nemmnu f’Alla?
Alla l-Missier bagħat lil Ibnu Ġesù fid-dinja fuq missjoni. Alla l-Iben, magħmul bniedem, Ġesù Kristu, waqqaf il-Knisja tiegħu biex tkompli l-missjoni salvivika tiegħu fuq l-art: “Kif bagħatni l-Missier, hekk qed nibgħat lilkom” (Ġw 21, 24) u meta tlestiet il-missjoni tiegħu fuq l-art, Ġesù, qabel ma tela’ għand Missieru, bagħat ukoll l-appostli tiegħu, biex jagħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, biex jgħallmu lin-nies, jgħammdu, jimxu warajh…. (ara Mt 28: 19-20).
Is-Sejħa Komuni Tagħna
X’tip ta’ missjunarji għandha bżonn il-Knisja illum? Qatt irringrazzjajt lil Alla għad-don tiegħi tal-fidi? Bħala tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet, nistgħu ngħidu li aħna wkoll il-missjunarji lokali fost in-nies tagħna stess. Il-membri kollha mgħammdin, membri tal-Ġisem ta’ Kristu, huma maħtura minnu biex ixerrdu s-saltna, jippenetraw fil-fond fid-dinja biex ixerdu l-valuri tal-Evanġelju. Prattikament, aħna aħna l-missjunarji, fil-postijiet tagħna, f’nofs is-soċjetà tagħna li hija tant sekularizzata. Bid-don tal-fidi li rċevejna aħna nagħtu lis-soċjetà li ngħixu fiha ħajja ġdida bl-imħabba u bil-preżenza tagħna speċjalment fost il-foqra, fost dawk bla vuċi, dawk li jbatu, dawk minsija u emarġinati.
Biex niċċelebraw Jum il-Missjoni, inżommu f’moħħna dawk il-missjunarji li ħallew art twelidhom biex imorru f’missjonijiet ’l barra minn pajjiżhom. Dawn huma rġiel u nisa li wieġbu sejħa speċifika biex jimxu wara Ġesù, l-Ewwel Missjunarju, il-mibgħut mill-Missier, u jiddedikaw ħajjithom fit-tixrid tas-Saltna ta’ Alla f’pajjiżi oħra. Waqt li niftakru fihom, nistaqsu lilna nfusna l-mistoqsijiet li ġejjin:
- Nitlob għall-missjunarji li qegħdin f’art barranija?
- Noffri sagrifiċċji għalihom?
- Nagħti għajnuna finanzjarja għal dan il-għan?
- Kemm jien grat għal dak kollu li rċevejt minn missjunarji lokali jew barranin li qed jagħtu servizz fil-parroċċa li ngħix fiha?
- Nitlob biex insir naf jekk Alla hux qed isejjaħli biex nagħti sehemi fil-missjoni?
Fl-għeluq ta’ din ir-riflessjoni qasira, tajjeb li ngħidu: “Il-missjoni trid tibqa’ għaddejja sakemm niltaqgħu ma’ Dak stess li bagħatna. Il-ħidma biex naqsmu lil Kristu ma’ ħaddieħor trid tibqa’ għaddej sakemm inkunu ma’ Kristu nnifsu”.
Jalla, Marija, il-kewkba tal-Evanġelizzazzjoni, tkun magħna!
Dr Linda Tacorda
(Iloilo, il-Filippini)