Good, better, best,
Never let it rest.
Until your good is better,
And your better is best.
F’dawn il-linji, San Ġlormu joħroġ il-qawwa trasformattiva tal-imħabba. L-esperjenza naturali tal-imħabba hija dejjem tajba u ġusta. Imma mħabba fuq livel ta’ għotja u virtù hija aħjar. L-aqwa mħabba hija dik mifdija, meħlusa mid-dnub u sostnuta mis-sagramenti, skont il-kmand ta’ Ġesù, “Ħobbu lil xulxin, kif ħabbejtkom jien”.
L-Evanġelju ta’ San Ġwann juri din id-dimensjoni wiesgħa u elevata għall-passjoni naturali. Permezz tal-qawwa trasformattiva ta’ Ġesù, il-ħidma ta’ kuljum tista’ ssir okkażjoni ta’ ferħ; il-mard, it-telfa, u l-kuntrarji, jistgħu bl-istess mod, isiru esperjenza tal-ġenna; jew għall-inqas tal-Purgatorju, meta l-grazzja titħalla tidħol fir-realtà uman tagħna.
Frar kien imsemmi għal Februa, il-festa tal-purifikazzjoni ta’ Ruma tal-qedem. Qabel ma Ġesù Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu, id-dinja pagana kellha biss ħjiel tal-qawwa tal-imħabba. Fil-ħajja Nisranija, anke f’nofs it-tħassir u t-tbatija, ix-xenqa naturali tagħna għall-imħabba hija mistiedna li tieħu sehem minn xi ħaġa akbar, minn grazzja dejjiema u sostnuta bl-imħabba mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra.
Fil-kesħa ta’ Frar, il-misteru tas-sofferenza jinħeba fl-istess żerriegħa tal-imħabba b’episodji li juri l-qlubija u s-saħħa tas-salvazzjoni. L-affarijiet jinbidlu għal dawk li l-ewwel prijorità tagħhom hija li jagħmlu r-rieda t’Alla għas-saltna tiegħu. San Rafel, li ismu jfisser “Alla jfejjaq”, jista’ jkun il-gwida tagħna biex nifhmu dan il-vjaġġ trasformattiv. Dan l-arkanġlu kien mibgħut minn Alla biex ifejjaq l-art wara li kienet imniġġsa mill-ispirti l-ħżiena.
Frar jiftaħ bil-preżentazzjoni tal-Mulej Ġesù u fl-istess ħin, Jum il-Fondazzjoni tas-Soċjeta Museumina fit-2 ta’ Frar. Imbagħad wara, għeluq snin San Ġorġ Preca fit-12 ta’ Frar. Normalment, anki l-Erbgħa tal-Irmied u r-Randan jiġu fi Frar. Matul dan ix-xahar naraw sinjali qawwija ta’ fejqan u ħelsien. Anki d-dehriet ta’ Lourdes, li bdew fil-11 ta’ Frar 1858, iġibu magħhom numru ta’ mirakli ta’ fejqan. Fi Frar jiġi ċċelebrat ukoll in-nawfraġju f’Malta ta’ San Pawl, San Luqa, u sħabhom fis-sena 60 WK. Imma l-aktar data popolari hija Jum San Valentinu fl-14 ta’ Frar, meta ħafna jifirħu bl-iskambji ta’ ħafna simboli ta’ qlub u kliem ta’ mħabba. Sfortunatament, għalkemm il-kummerċ jista’ jxejjen is-sinifikat ta’ din il-festa, m’għandhiex inħallu li dan jiġri.
L-imħabba u r-relazzjonijiet tal-bnedmin, kollha jistgħu jwasslu għall-paċi u l-hena, bħalma fl-ewwel miraklu l-ilma ġie mibdul f’inbid. Hu x’inhu l-istat tagħna fil-ħajja, l-imħabba naturali tiġi ttrasformata minn Sidna Ġesù, li żamm l-aqwa inbid biex jiġi servut fl-aħħar tat-tieġ ta’ Kana.
Il-poeta Ingliż tas-seklu 18, William Blake, f’dawn il-ftit linji poetiċi, jiġbor ir-rabta tal-imħabbiet umani kollha:
I sought my God and my God I couldn’t find;
I sought my soul and my soul eluded me;
I sought to serve my brother in his need, and I found all three;
My God, my soul, and thee.
Ruth D. Lasserter
Ħabiba tas-Soċjetà
Indiana, l-Istati Uniti