Ħalli lilek innifsek tiġi imnebbaħ minn dawn is-sentenzi ta’ San Ġorġ Preca dwar il-missjoni!
- Fid-dinja ġejna biex intemmu l-missjoni tagħna.
- Ħadd ma jista’ jieħu minn rajh għalih innifsu l-vokazzjoni tal-missjoni għat-tagħlim ta’ kliem Kristu, iżda din hija ħaġa ta’ idejn Alla li jagħżel lil min irid u lil min lilu jogħġob.
- Ġesù Kristu ħalla l-istess missjoni tiegħu f’idejn ir-rgħajja tal-Knisja.
- Min igħallem ikun qed ikompli l-missjoni ta’ Ġesù Kristu
- Din hija missjoni għal kull bniedem: li wieħed jitgħallem kif jista’.
- Kull missjoni mill-vokazzjoni ta’ Alla.
- Hija l-volontà ta’ Alla fuqna, li bil-għajnuna tal-grazzja tiegħu, ngħinu ’l Ġesù Kristu fil-missjoni tiegħu bit-tagħlim.
- Meta Alla jagħżel lil xi ħadd għal xi fini, jagħtih ukoll il-mezzi għalih.
- Il-missjoni tat-tfal hija li jiġbdu tfal oħra biex jitgħallmu.
- Ħadd ma jitwieled għalih innifsu; immela huwa neċessarju li kull bniedem għandu fid-dinja jtemm il-missjoni tiegħu
- Min jgħallem is-sewwa tal-ħajja Nisranija jkun qed ikompli l-missjoni ta’ Ġesù Kristu u għalhekk jeħtieġ li l-ewwel jitfa’ għajnejh fuqu biex jitħeġġeġ u jaħdem.
- Mgħallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju!