Dun Ġorġ xtaq li kull darba li wieħed jgħaddi minn quddiem Ġesù Sagramentat isellimlu: Is-Sliem għalik, Sultan tas-Slaten, bi tpattija għaż-żeblieħ li kienu tawh is-suldati meta rredikolawh bħala Sultan tal-Lhud.
Is-suldati ta’ Pilatu, biex jirridikulaw ’il Kristu, bdew jagħmlu ġenuflessjoni quddiemu u jgħidu: Is-sliem għalik, o sultan tal-Lhud! – Ave, Rex Judaeorum!
Huwa immela f’waqtu li kull nisrani għandu jagħti ġieħ, glorja u qima lil Ġesù Sagramentat kull darba li jgħaddi minn quddiemu. Filwaqt li wieħed jagħmel ġenuflessjoni, wieħed għandu jgħid: Is-sliem għalik, o Sultan tas-Slaten! – Ave Rex regum!”.
Din it-tislima toqgħod biss għad-Divinità. Kristu huwa Alla veru u għandu renju universali anki fuq dawk li ma jridux jirrikomoxxuh b’sovran tagħhom.
Immela qabel ma wieħed jinżel għall-ġenuflessjoni, l-ewwel bil-wieqfa għandu jippronunzja: Ave, Rex regum!