Talba lil Marija ta’ Père Claude Wittock
O Verġni, qed jidlam, kollox qed jorqod fuq l-art.
Issa hu l-ħin tar-rqad. Tħallinix.
Qiegħed idek fuq għajnejja, bħal omm ħanina.
Agħlaqhom bil-ħlewwa għall-ħwejjeġ tad-dinja.
Ħsibijiet, dwejjaq, ruħi għajjiena.
Ix-xogħol hu hemm, jistennieni, qrib ħafna tiegħi.
Qiegħed idek fuq moħħi, waqqfu milli jaħseb.
L-irqad tiegħi ikun ħelu u mbierek minnek.
Hekk li għada, it-tfajjel umli tiegħek
jistenbaħ iktar b’saħħtu,
u kollu ferħan isib il-ħidma ta’ jum ġdid.
Qiegħed idejk fuq qalbi biex tħares biss
lejn Alla u ttennilu l-imħabba eterna tagħha.
Ammen.
Filmat minn www.laikos.org.