Traces of God: Understanding God’s Presence (Ħjiel ta’ Alla: Nifhmu l-Preżenza ta’ Alla fid-Dinja tal-lum) miktub minn Peter Malone jitratta fuq l-preżenza t’Alla fil-ħajja ta’ kuljum, b’sensiela ta’ riflessjonijiet li wieħed faċli jifhem u jitgħallem bihom. Malone, kritiku tal-films u teologu magħruf, jieħu mill-esperjenza kbira tiegħu tad-dinja ċinematografika u spiritwali biex juri kif Alla jimmanifesta b’modi sottili fl-esperjenzi tagħna ta’ kuljum. Il-ktieb huwa stedina biex niskopru is-sagru fil-mundan u jgħin lil min qed ifittex li japprofondixxi l-għarfien spiritwali tiegħu. Il-kitba ta’ Malone hija interessanti għax tħallat l-aneddoti personali ma’ riflessjonijiet teoloġiċi biex ikun interessanti u fl-istess ħin iqanqal il-ħsieb. Il-perspettiva unika tiegħu, iffurmata minn snin twal ta’ studju u kritika tal-films imżewwaq mal-esperjenza tiegħu tal -fidi, toffri lill-qarrejja mod ġdid biex jipperċepixxu d-dinja ta’ madwarhom.
Dan il-ktieb jinsab għall-bejgħ minn Librerija Preca.