Sinjur Alla, int hawn, u jiena fik. Hekk għallimna l-appostlu tiegħek San Pawl li fik ingħixu,
fik niċċaqilqu, u fik aħna aħna, bħal ħuta fl-ilma. Fakkarna spiss f’din il-verità.
Sinjur Alla, agħtina l-grazzja tiegħek biex inkunu nistgħu nobduk,
u f’kollox nagħmlu l-volontà santissma tiegħek, għax mingħajrek ma nistgħu nagħmlu xejn.
Sinjur Alla, aħna wisq obbligati lejk għall-ġid li għamilt u li tagħmel lilna bnedmin:
grazzi, Sinjur Alla, u aħfrilna, Sinjur Alla, veru Missier ta’ kulħadd.
Sinjur Alla, agħtina l-grazzja li nagħtu qima lil Marija Santissma
biex hija bil-potenza tagħha tidħol għalina quddiemek,
u niġu meħlusin mill-għedewwa ta’ ruħna, u ta’ ġisimna.
Sinjur Alla, nitolbok li bil-ħniena tiegħek teħlisna minn kull periklu tar-ruħ, u tal ġisem,
għax jekk ma tindukraniex int, kollox għalxejn.