Kull tarbija titwieled biex tgħix u tikber. Imma mhux dan biss kien il-pjan ta’ Alla għat-tarbija speċjali li twieldet f’Betlehem. Fi twelidu, bħat-trabi l-oħra, kien imdawwar minn ommu u missieru, u mfisqi fil-faxex. Imma wkoll żaruh ir-ragħajja foqra u l-Maġi għonja. Dan it-tfajjel speċjali, għax hu l-Emanweli, Alla magħna, sa qasam iż-żmien fi tnejn: dak ta’ qablu u dak ta’ warajh.
It-tarbija Ġesù twieled ukoll biex imut. Din tiegħu kellha tkun mewta redentiva, li ġġib il-fidwa mill-ħakma tax-xitan. Din il-missjoni swietlu tradiment, tbatija u passjoni sa mewtu fuq salib. Imma wara tlitt ijiem midfun f’qabar ġdid irxoxta u għadda mill-mewt għall-ħajja. Ma’ dan Ġesù rebbieħ fuq il-mewt aħna nixxierku, wara dan id-Dawl nimxu u b’laħam dan il-Ħaruf tal-Għid nitmantnew għax hu tassew l-Alfa u l-Omega.
Tħejjija u Twettiq, miktub minn Mons. Lawrenz Sciberras, huwa ppubblikat bil-Malti minn Pubblikazzjoni Preca.