Raniero Cantalamessa, OFM Cap, li serva bħala l-predikatur tal-Papa għal aktar minn erbgħin sena, mexxa irtir ta’ sitt ijiem għall-isqfijiet tal-Istati Uniti f’Jannar 2019 fuq stedina tal-Papa Franġisku innfsu. Shepherds and Fishermen (Rgħajja u Sajjieda), ippubblikat fl-2020, jiġbor ir-riflessjonijiet u l-meditazzjonijiet minn dan l-irtir, u jipprovidhom għal individwi u gruppi li qed ifittxu tagħlim fuq il-ħajja spiritwali u fuq il-ħidma ministerjali.
Il-ktieb jibni fuq is-sentenza ta’ San Mark 3:14: “Hu għażel tnax . . . biex ikunu miegħu, u jibgħathom ixandru”. Permezz tal-lectio divina, omeliji, u liturgija, ir-riflessjonijiet jenfasizzaw is-sejħa doppja biex “inkunu ma’ Ġesù” u biex “noħorġu nxandru”. Il-qarrejja huma mħeġġa jikkunsidraw kif il-ministeru tagħhom jiddependi kemm fuq il-qdusija personali kif ukoll fuq l-attività pastorali.
B’sitta u għoxrin meditazzjoni bbażati fuq l-Iskrittura li huma rilevanti ħafna għall-ġurnata tallum, Shepherds and Fishermen (Rgħajja u Sajjieda) huwa qari utli għal dawk kollha li jimmiraw li japprofondixxu l-ħajja spiritwali tagħhom.
Dan il-ktieb jinsab għall-bejgħ minn Librerija Preca.